|
Il-kampanja għandha l-għan li tgħaqqad in-nies biex jaqsmu l-esperjenzi tagħhom dwar l-użu sostenibbli ta' l-enerġija u soluzzjonijiet dwar l-enerġija. B'hekk huma jitgħallmu minn xulxin u jxerrdu l-għarfien tagħhom madwar l-Ewropa dwar l-użu effiċjenti ta' u soluzzjonijiet dwar enerġija alternattiva biex jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima. Hemm varjetà ta' modi kif wieħed jista' jinvolvi ruħu fil-kampanja, mill-organizzazzjoni ta' Jiem lokali ta' l-Enerġija għal sempliċiment passi biex tiġi ffrankata l-enerġija fid-dar jew fi skola. Il-kampanja trid tikkonvinċi kemm jista' jkun nies li l-impenn meħud lejn l-użu sostenibbli ta' l-enerġija huwa investiment għall-futur ta' l-Ewropa.
PlasticsEurope hija Assoċjat fil-Kampanja Enerġija Sostenibbli fl-Ewropa u ddeċidiet li tniedi l-websajt FuturEnergia u l-attivitajiet marbuta magħha biex tgħin ħalli jinkisbu l-għanijiet tal-kampanja.
|