CZ | DA | DE | EL | EN | ES | ET | FI | FR | HU | IT | LT | LV | MT | NL | PL | PT | SK | SL | SV    
TAGĦRIF | ENERĠIJA | AĦBARIJIET | CHATS | ATTIVITÀ | KOMPETIZZJONI |
L-ewwel paġna » Aħbarijiet » Kompetizzjoni għall-iskejjel l-Enerġija hija l-Futur tagħna: Imħabbra n-nominati

Kompetizzjoni għall-iskejjel l-Enerġija hija l-Futur tagħna: imħabbra n-nominati


Il-finalisti tal-kompetizzjoni għall-iskejjel l-Enerġija hija l-Futur tagħna intgħażlu minn 2400 sottomissjoni li kienu jirrappreżentaw skejjel minn kważi l-pajjiżi Ewropej kollha. Ġurija ta' esperti Ewropej għażlet tnax-il nominati, tlieta minn kull waħda mill-erba' kategoriji. In-nominati se jkunu mistiedna jattendu ċerimonja għall-għoti tal-premjijiet li se ssir fi Brussel f'Settembru 2007.

It-tema ta’ din is-sena tal-kompetizzjoni għall-iskejjel kienet tiffoka fuq tliet oqsma:

1. soluzzjonijiet għall-iffrankar ta’ enerġija fl-ambjent immedjat ta’ l-istudenti;
2. disinn u materjali li jinfluwenzaw il-konsum ta’ enerġija
3. l-enerġija rinnovabbli bħala soluzzjoni kjavi għall-ħtiġijiet ta’ enerġija ta’ għada.

Il-parteċipanti ddisinjaw poster li kien akkumpanjat minn slogan u test qasir ta’ spjegazzjoni f’waħda minn dawn il-lingwi: Ingliż, Franċiż jew Ġermaniż.

Kif ġew iġġudikati s-sottomissjonijiet għall-kompetizzjoni

L-evalwazzjoni tas-sottomissjonijiet kienet organizzata f’żewġ stadji. L-ewwel stadju kellu l-għan li jwassal għal lista qasira ta’ l-aqwa 120 sottomissjoni mill-erbgħa kategoriji u kien jinvolvi grupp ta’ għalliema Ewropej. Ġurija ta’ esperti ħadet sehem fit-tieni parti ta’ l-evalwazzjoni. Dawn għażlu tliet nominati minn kull kategorija. Kemm il-grupp ta’ l-għalliema u l-ġurija użaw kriterji ta’ evalwazzjoni komuni: relevanza tas-suġġett, oriġinalità u impatt viżiv u komunikattiv.

Il-ġurija kienet impressjonata bil-kunċetti li l-parteċipanti inkorporaw fil-viżiv u t-testi tagħhom, u t-tip ta’ messaġġi li dawn riedu jwasslu. Il-varjetà wiesgħa ta’ tekniki viżivi u artistiċi u l-bosta soluzzjonijiet kreattivi, li ntużaw mill-parteċipanti sabiex juru t-tliet oqsma tematiċi, kienu apprezzati ferm mill-ġurija.

Nominati
(Jekk jogħġbok innota li n-nominazzjonijiet huma mniżżla f’ordni alfabetiku u mhux fl-ordni tal-premjijiet tagħhom)

12-il sena jew inqas

  • Caroline Camilleri, Can. Paul Pullicino, Malta, Marlene Caruana (għalliema koordinatriċi), sottomissjoni
  • Greceanu Raluca, School 120, Martisor, Bucuresti, Rumanija, Daniela Theodorescu (għalliema koordinatriċi), sottomissjoni
  • Ignacy Duszyński, Szkoła Podstawowa w Złotorii, Polonja, Alina Skowrońska (għalliema koordinatriċi), sottomissjoni

13-14-il sena

  • Aneta Kastlová, ZUŠ Domažlice, Repubblika Ċeka, Igor Šlechta (għalliem koordinatur), sottomissjoni
  • Anna Martinusiková, Gymnázium Skalica, Slovakkja, Mária Kišková (għalliema koordinatriċi), sottomissjoni
  • Eliška Pilátová, ZUŠ Domažlice, Repubblika Ċeka, Igor Šlechta (għalliem koordinatur), sottomissjoni

15-16-il sena

  • Alexandros Alexandridis, 1o TEE Ag.Dimitrios, Greċja, John Bacas (għalliem koordinatur sottomissjoni
  • Octavian Palade, C.N. Bacau, Rumanija, Liliana Dumitru (għalliema koordinatriċi), sottomissjoni
  • Paweł Otremba, Publiczne Gimnazjum nr 4, Polonja, Elżbieta Suchińska (għalliema koordinatriċi), sottomissjoni

17-18-il sena

  • Alessandra Ferrante, Istituto Professionale Statale dei Servizi Sociali e della Pubblicità, Italja, Elena Girogio (għalliema koordinatriċi), sottomissjoni
  • Loredana De Lullo, II.SS. Pietro Giannone, Italja, Rachele Nardella (għalliema koordinatriċi), sottomissjoni
  • Marta Puķīte, Jelgavas Spīdolas ģimnāzija, Latvja, Baiba Āboltiņa (għalliema koordinatriċi); sottomissjoni

Informazzjoni ġenerali

Il-premjijiet se jitħabbru f’Ċerimonja għall-għoti tal-premjijiet se se ssir fi Brussell, għall-ħabta ta’ l-20 ta’ Settembru 2007. Il-premjijiet jikkonsistu f’backpacks solari u MP3 plejers.

Iċ-ċerimonja għall-għoti tal-premjijiet se sservi wkoll ta’ opportunità għal komunikazzjoni u dibattitu fuq skala aktar wiesgħa dwar l-aġenda ta’ l-Unjoni Ewropea dwar l-enerġija u l-kontribut tagħha għal soluzzjonijiet dwar enerġija sostenibbli.

Il-proġett “L-Enerġija hija l-Futur tagħna” hija mmexxija minn European Schoolnet f’isem PlasticsEurope, l-assoċjazzjoni tal-manifatturi tal-plastiks fl-Ewropa. Il-proġett ta’ din is-sena skolastika kellu l-għan li jispira l-istudenti sabiex jinfluwenzaw l-imġiba dwar l-iffrankar ta’ l-enerġija fl-ambjent immedjat tagħhom, bħalma huma l-familji u l-komunitajiet lokali tagħhom.

Kuntatti

Għal aktar mistoqsijiet dwar il-proġett, jekk jogħġbok ikkuntattja lil Petru Dumitru f’dan l-indirizz elettroniku: futurenergia@eun.org  Għal aktar informazzjoni dwar PlasticsEurope, jekk jogħġbok ikkuntattja: Hanane Taidi f’dan l-indirizz elettroniku: hanane.taidi@plasticseurope.org

Petru Dumitru