CZ | DA | DE | EL | EN | ES | ET | FI | FR | HU | IT | LT | LV | MT | NL | PL | PT | SK | SL | SV    
TAGĦRIF | ENERĠIJA | AĦBARIJIET | CHATS | ATTIVITÀ | KOMPETIZZJONI |
L-ewwel paġna » Aħbarijiet » L-effiċjenza fl-enerġija hija l-aqwa mod biex inħarsu l-ambjent!

L-effiċjenza fl-enerġija hija l-aqwa mod biex inħarsu l-ambjent!


Il-konsulenza dwar it-tibdil fil-klima 3C enfasizzat l-importanza ta’ l-enerġija fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima matul chat online ma’ 14-il skola minn madwar l-Ewropa. Iċ-chat ġiet organizzata biex issir diskussjoni dwar “Kif torganizza party ta’ l-Aħħar tas-Sena newtrali għall-klima”. Iċ-chat saret nhar it-18 ta’ Diċembru bħala parti mill-proġett “l-Enerġija hija l-Futur tagħna”, immexxi minn PlasticsEurope u European Schoolnet.

Anna, Mara, Julian u Marcel minn 3C saħqu li “l-akbar potenzjal għall-iffrankar ta’ gassijiet b’effett tas-serra qiegħed fi proġetti ta’ effiċjenza fl-enerġija” ma’ studenti mill-Belġju, il-Bulgarija, l-Estonja, Franza, il-Greċja, l-Irlanda, l-Italja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja u t-Turkija. Iċ-chat iffokat ukoll fuq il-kunċett ta’ newtralità tal-klima u kif in-nies jistgħu jaġixxu biex inaqqsu l-carbon footprint tagħhom stess.

Anna spjegat lill-istudenti li t-terminu “newtrali għall-klima” jirreferi għall-“possibbiltà li jiġu ‘newtralizzati’ emissjonijiet li jinħolqu waqt attività (eż. waqt party) permezz ta’ ffrankar ta’ emissjonijiet band’oħra (eż. permezz ta’ l-użu ta’ l-enerġija mir-riħ)”. Dan huwa l-prinċipju li tħaddem fil-“Green Goal” tat-Tazza tad-Dinja FIFA 2006: l-organizzazzjoni tat-tornew kollu, inkluż it-trasport, biex ikun tornew newtrali għall-klima. 3C ħadmet mal-FIFA biex tgħin ħalli jkun żgurat li jintlaħaq il-Green Goal. PlasticsEurope kien kburi li jkun sapporter uffiċjali tal-Green Goal, u d-donazzjoni tiegħu intużat biex jiġu appoġġjati żewġ proġetti fl-Afrika t’Isfel: proġett fejn bojler tal-bijomassa ħa post bojler tal-faħam fuq farm taċ-ċitru f’Letaba, u proġett ta’ bijogass biex jinħoloq l-elettriku f’impjant tad-dranaġġ fil-belt ta’ Sebokeng.

3C uriet numru ta’ modi kif wieħed jista’ jnaqqas l-impatt ta’ party fuq it-tibdil fil-klima, bħal l-użu ta’ apparat elettroniku effiċjenti fl-enerġija. Il-plastiks huma integrali biex prodotti moderni bħal stereos ikunu aktar effiċjenti fl-enerġija.

It-trasport tal-plastiks u l-ippakkjar jistgħu jikkontribwixxu wkoll biex party jkun newtrali għall-klima. Il-plastiks għandhom rwol ewlieni biex il-karrozzi moderni jkunu effiċjenti fil-fjuwil, u dan ifisser li wieħed ikollu bżonn inqas fjuwil biex iwassal l-ikel u x-xorb mill-ħanut sad-dar. Ippakkjar bi plastiks ta’ piż ħafif (bħal fliexken tax-xorb) ifisser ukoll li jkun meħtieġ inqas fjuwil biex jitwassal l-ikel u x-xorb minn post għal ieħor.

Julian minn 3C ikkonkluda ċ-chat billi saħaq ma’ l-istudenti li t-“Tibdil fil-klima huwa sfida, imma waħda li nistgħu nagħmlu xi ħaġa dwarha”.

Paġni web relatati:

Gallerija tar-ritratti: Chat dwar kif torganizza party ta’ l-Aħħar tas-Sena newtrali għall-klima? 

Traskrizzjoni taċ-chat (PDF, 60 KB)

Kif tikkalkula l-Carbon Footprint tiegħek

Aktar dwar din l-attività taċ-chat