CZ | DA | DE | EL | EN | ES | ET | FI | FR | HU | IT | LT | LV | MT | NL | PL | PT | SK | SL | SV    
TAGĦRIF | ENERĠIJA | AĦBARIJIET | CHATS | ATTIVITÀ | KOMPETIZZJONI |
L-ewwel paġna » Aħbarijiet » KidsCorner

KidsCorner


Żviluppat minn ManagEnergy, KidsCorner hija inizjattiva tad-Direttorat Ġenerali għall-Enerġija u t-Trasport tal-KE u tipprovdi għadd kbir ta’ riżorsi fi 22 lingwa għall-għalliema u l-istudenti dwar it-tibdil tal-klima, l-enerġija solari, l-enerġija mir-riħ u l-ilma, il-bijofjuwils, it-trasport sostenibbli, l-iffrankar ta’ l-enerġija u ċ-ċittadinanza.

Għal tfal bejn 6 u 11-il sena hemm interface interattiv, animazzjonijiet, gallerija tar-ritratti, downloads għat-tpinġija, logħob divertenti, u ħafna links tal-web.


Għal tfal bejn 12 u 16-il sena hemm paġni ta’ informazzjoni (imfassla għal studenti fl-oqsma tas-suġġetti kollha) b’ħafna ritratti u ideat mill-aqwa għall-iffrankar ta’ l-enerġija, servizz b’xejn ta’ e-postcard, links għal ħafna videos u logħob dwar l-enerġija online, u kompetizzjoni fotografika.

Għall-għalliema hemm aktar minn 300 link tal-Web għal websajts b’edukazzjoni dwar l-enerġija u minjiera ta’ riżorsi online b’xejn li jinkludu skemi ta’ lezzjonijiet, gwidi dwar l-immaniġġjar ta’ l-enerġija, animazzjonijiet, videos u ritratti, kalkulaturi ta’ CO2 u 'footprint', attivitajiet, esperimenti, positijiet li wieħed jista’ jżur, u ħafna aktar. Is-sit jinkludi wkoll 'Ideat Brillanti' sezzjoni dwar attivitajiet interessanti li l-għalliema jistgħu jużaw faċilment biex jiżviluppaw l-entużjażmu tat-tfal għal enerġija sostenibbli.