CZ | DA | DE | EL | EN | ES | ET | FI | FR | HU | IT | LT | LV | MT | NL | PL | PT | SK | SL | SV    
TAGĦRIF | ENERĠIJA | AĦBARIJIET | CHATS | ATTIVITÀ | KOMPETIZZJONI |
L-ewwel paġna » Aħbarijiet » Nitgħallmu nagħmlu differenza għall-enerġija ta’ għada

Nitgħallmu nagħmlu differenza għall-enerġija ta’ għada


Dan kien il-motto li wassal biex 16-il skola fl-Ewropa jinġabru għal chat online fuq il-websajt ta’ Futurenergia nhar it-23 ta’ Jannar 2007. L-attività kienet organizzata minn European Schoolnet u PlasticsEurope bħala mod biex iwasslu fl-iskejjel kollha li qed jieħdu sehem fil-proġett l-“Enerġija hija l-Futur tagħna” il-Ġimgħa ta’ l-Enerġija Sostenibbli fl-Ewropa.

Il-Ġimgħa ta’ l-Enerġija Sostenibbli fl-Ewropa hija l-ewwel attività ewlenija mmexxija b’mod konġunt mid-Direttorat Ġenerali għall-Enerġija u t-Trasport u organizzazzjonijiet privati u pubbliċi. Il-Ġimgħa tinvolvi numru ta’ avvenimenti marbuta ma’ l-enerġija li jseħħu fi Brussell, il-Belġju, u f’imkejjen oħra fl-Ewropa mid-29 ta’ Jannar sat-2 ta’ Frar 2007.

Iċ-chat kellha bħala mistiedna lil Mr. Patrick Lambert, Direttur ta’ l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Enerġija Intelliġenti (IEEA), u tim ta’ sitt esperti . Il-grupp wieġeb għall-mistoqsijiet ta’ l-iskejjel bil-Franċiż, bl-Ingliż u bil-Ġermaniż.

Id-diskussjoni online iffukat l-aktar fuq soluzzjonijiet konkreti dwar kif tista’ tintuża aħjar l-enerġija fil-ħajja tagħna ta’ kuljum. Permezz tal-mistoqsijiet tagħhom, l-iskejjel parteċipanti urew li l-ġenerazzjoni żagħżugħa hija tassew konxja dwar l-isfidi li l-enerġija t’għada qed tiffaċċja u għandha għal qalbha soluzzjonijiet dwar enerġija sostenibbli. 

Minħabba li xi parteċipanti kienu involuti fi proġetti ta’ l-iskola marbuta ma’ l-enerġija, huma kienu diġà midħla ma’ suġġetti bħalma hu t-tnaqqis ta’ l-użu ta’ l-enerġija fil-bini ta’ skejjel u djar, l-użu razzjonali ta’ l-enerġija, sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u trasport sostenibbli.

Meta kien qed iwieġeb għal mistoqsija minn skola fil-Latvja dwar x’tista’ tagħmel b’mod konkret il-ġenerazzjoni żagħżugħa biex tuża aħjar l-enerġija, Mr. Lambert qal: Intom tistgħu tiffrankaw l-enerġija fid-dar u l-iskola u tużaw trasport effiċjenti fl-enerġija. Possibbiltà oħra hija li tużaw kemm jista’ jkun id-dawl tax-xemx matul il-ġurnata, jew li tużaw bozoz u prodotti oħra effiċjenti fl-enerġija. U tħallux il-logħob tal-kompjuter u t-televiżjoni fuq standby!

F’termini ta’ effiċjenza fl-enerġija u r-rwol kruċjali tagħha fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, Mr. Lambert u t-tim tiegħu enfasizzzaw l-importanza li t-trasport u l-bini jkunu aktar effiċjenti. Meta mistoqsi, x’jista’ jsir biex jintuża inqas fjuwil biex jissaħħnu l-iskejjel u d-djar, huwa rrakkomanda li l-bini ta’ l-iskejjel u d-djar jiġi rrinnovat biex ikun aktar effiċjenti fl-enerġija. Dan jinkludi insulazzjoni aħjar tal-bini, double-glazing, kontroll solari, sħana u enerġija kkombinati, u ventilazzjoni naturali.

Paġni web relatati:

Rapport bir-ritratti: Chat dwar kif tuża aħjar l-enerġija

Rapport bir-ritratti: Lezzjoni chat dwar użu aħjar ta’ l-enerġija fil-klassi tagħna

Traskrizzjoni taċ-chat

Nużaw aħjar l-enerġija: X’nistgħu nagħmlu?

Aktar dwar din iċ-chat