CZ | DA | DE | EL | EN | ES | ET | FI | FR | HU | IT | LT | LV | MT | NL | PL | PT | SK | SL | SV    
TAGĦRIF | ENERĠIJA | AĦBARIJIET | CHATS | ATTIVITÀ | KOMPETIZZJONI |
L-ewwel paġna » Aħbarijiet » “Għandna bżonn inġiniera!”

"Għandna bżonn inġiniera!"


Dan huwa l-messaġġ li Dr. Rudolf Stauber ta’ BMW ta lill-istudenti minn 8 skejjel minn madwar l-Ewropa matul chat diretta online nhar it-30 ta’ Novembru. Studenti mill-Awstrija, il-Bulgarija, l-Ungerija, l-Irlanda, il-Latvja, il-Polonja, ir-Rumanija u l-Islovenja tkellmu ma’ Dr. Stauber u ma’ xulxin dwar kif id-disinji ta’ karrozzi fil-futur jistgħu jgħinu biex jitħares l-ambjent u kif l-industriji tal-plastiks u tal-karrozzi qed jikkollaboraw mill-qrib biex jgħinu sabiex dan iseħħ. Iċ-chat kienet parti mill-proġett “l-Enerġija hija l-Futur tagħna” maħluq minn PlasticsEurope u European Schoolnet biex jgħin ħalli jiżdied l-għarfien fost l-istudenti dwar kwistjonijiet ta’ enerġija u ambjent.

Dr. Stauber, Viċi President ta’ “Operating Strength and Materials” fil-grupp BMW, beda din l-avventura: huwa kien l-ewwel persuna li ħa sehem f’chat fuq il-websajt il-ġdid ta’ futurenergia (www.futurenergia.net). L-istudenti u l-għalliema tagħhom kienu fuq ix-xwiek biex jieħdu t-tweġibiet għall-mistoqsijiet tagħhom, u għal 60 minuti huwa ċċettja magħhom dwar suġġetti li kienu jinkludu l-karrozzi mħaddma bl-idroġenu, tipi ta’ magni tal-futur, u l-kontribut tal-plastiks fid-disinn innovattiv tal-karrozzi.

Il-plastiks huma integrali għat-teknoloġiji nodfa tal-futur. Il-BMW Hydrogen 7, l-ewwel karrozza fid-dinja prodotta għall-konsumatur imħaddma mill-idroġenu, tuża plastik imsaħħaħ mill-karbonju (CRP) biex jagħmel il-frejm tal-karrozza aktar wieqaf, aktar b’saħħtu u aktar reżistenti għall-ħbit. Il-propjetajiet ħfief tal-plastiks ifissru li din is-sigurtà addizzjonali tinkiseb mingħajr il-ħtieġa ta’ aktar fjuwil biex titħaddem il-karrozza.

Bl-istess mod, il-magni ibridi jużaw il-plastiks biex dawn ikunu ħfief kemm jista’ jkun u jgħinu biex l-effiċjenza tagħhom tkun fl-aqwa tagħha. Il-karrozzi ibridi jserrħu wkoll fuq il-kwalitajiet tal-plastiks biex dawn ikunu ħfief, b’saħħithom u aerodinamiċi.

Madankollu l-plastiks għandhom rwol importanti biex itejjbu l-prestazzjoni ambjentali tal-karrozzi konvenzjonali ta’ llum. Qed jintużaw plastiks ta’ prestazzjoni għolja f’firxa dejjem akbar ta’ applikazzjonijiet fil-karrozzi, b’mod partikolari għal partijiet attivi fil-magna. Dawn jinkludu moduli ta’ ignition, air manifolds, oil screens, fuel connectors, pistuni, pompi, driveshafts, valvi u berings.

Dr. Stauber temm iċ-chat billi ħeġġeġ lill-istudenti jinvolvu rwieħhom fl-industrija tal-karrozzi tal-futur. “Aħna ħerqana li jkollna l-aqwa studenti għall-iżvilupp tal-karrozza ta’ għada!”

Artikli relatati:

Traskrizzjoni taċ-Chat (PDF file; 40 KB)

Rapport bir-Ritratti

Id-disinn tal-karrozzi: Iffrankar ta' enerġija, għajnuna għall-klima

Aktar dwar din l-attività taċ-chats