|
“L-Enerġija hija l-Futur tagħna” jiffoka fuq l-għarfien dwar kif il-konsum ta’ l-enerġija jaffettwa t-tibdil fil-klima u kif materjali avvanzati bħalma huma l-plastiks jistgħu jgħinu fl-iffrankar ta’ enerġija u joħolqu futur sostenibbli. Il-parteċipanti jidentifikaw u jissuġġerixxu soluzzjonijiet dwar enerġija sostenibbli u modi kif wieħed jista’ jiffranka l-enerġija permezz ta’ poster (pittura, ritratt, tpinġija, grafika bil-kompjuter jew collage) u test li jakkumpanjah. Id-dħul kollu fil-kompetizzjoni mistenni jkun ir-riżultat ta’ lezzjonijiet organizzati b’mod konġunt mill-għalliema tax-Xjenza, Lingwi Barranin, Arti u ICT.
Għaliex data ta’ l-għeluq estiża?
It-tħejjija tal-klassijiet biex jieħdu sehem fil-kompetizzjoni teħtieġ żmien u sforz. L-għalliema huma mħeġġa jorganizzaw waħda jew aktar lezzjonijiet li jiffokaw fuq it-temi tal-kompetizzjoni sabiex jiżguraw ammont xieraq ta’ preparazzjoni għad-dħul fil-kompetizzjoni li jkunu jinkorporaw l-opinjonijiet ta’ l-istudenti dwar it-temi tal-proġett.
X’qed jgħidu l-għalliema sa issa?
Josephine Ebejer Grech tgħallem Bijoloġija fl-iskola Dun Guzepp Zammit Brighella Hamrun, Malta. Wara li involviet bosta klassijiet fil-proġett, hija wriet id-dħul kollu għall-kompetizzjoni fl-iskola. Josephine tgħid: “Permezz ta’ dan il-proġett, l-istudenti tgħallmu u saru aktar konxji dwar kwestjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ l-enerġija. Huma issa għandhom aktar għarfien dwar problemi u benefiċċji, u kif jgħixu ħajja aħjar meta jnaqqsu t-tniġġiż billi jużaw enerġija naturali”. (Il-feedback ta’ Josephine, bl-Ingliż biss, video u eżibizzjoni)
Nada Kadlecova, għalliema Ċeka, tgħid li l-proġett influwenza b’mod sinifikanti l-imġiba ta’ l-istudenti tagħha f’termini ta’ ffrankar ta’ enerġija: “L-istudenti aktar ‘il quddiem urew is-sitwazzjonijiet meta xi ħadd ma kienx qed jiffranka l-enerġija, per eżempju, kienu aktar attenti meta raw xi klassi vojta bid-dawl mixgħul.” Nada u l-istudenti tagħha tellgħu wirja bid-dħul tagħhom għall-kompetizzjoni fl-iskola u kienu onorati biż-żjajjar minn klassijiet u għalliema oħra, ġenituri u nies oħra mill-komunità lokali tagħhom. (Il-wirja ta’ Nada)
Mioara Niculescu tgħallem Fiżika fil-Brancusi School f’Medgidia, Rumanija. Hija involviet b’mod partikolari bosta klassijiet fiċ-chat dwar il-plastiks u r-rwol tagħhom fit-tnaqqis tal-konsum ta’ enerġija. Hija immobilizzat l-iskola kollha biex twassal bis-sħiħ il-valur pedagoġiku u soċjali ta’ l-attività taċ-chat. (Il-wirja ta’ Mioara)
Dwar il-proġett
Il-proġett “l-Enerġija hija l-Futur tagħna” huwa mmexxi minn European Schoolnet f’isem PlasticsEurope, l-assoċjazzjoni tal-manifatturi tal-plastiks fl-Ewropa. Il-proġett għandu l-għan li jispira lill-istudenti sabiex jinfluwenzaw l-imġiba dwar l-iffrankar ta’ l-enerġija fl-ambjent ta’ madwarhom, bħalma huma l-familji tagħhom u l-komunitajiet lokali.
Petru Dumitru
|