CZ | DA | DE | EL | EN | ES | ET | FI | FR | HU | IT | LT | LV | MT | NL | PL | PT | SK | SL | SV    
TAGĦRIF | ENERĠIJA | AĦBARIJIET | CHATS | ATTIVITÀ | KOMPETIZZJONI |
L-ewwel paġna » Aħbarijiet » Tagħlaq il-Kompetizzjoni għall-Iskejjel L-Enerġija hija l-Futur tagħna

Tagħlaq il-Kompetizzjoni għall-Iskejjel L-Enerġija hija l-Futura tagħna


Il-Kompetizzjoni għall-Iskejjel L-Enerġija hija l-Futura tagħna għalqet fit-22 ta' April 2007. B'aktar minn 2400 parteċipazzjoni rreġistrata fuq il-websajt, ir-rebbieħa se jiġu mħabbra f'ċerimonja għall-għoti tal-premjijiet fil-Parlament Ewropew f'Settembru 2007.

Iċ-ċerimonja għall-għoti tal-premjijiet għall-bidu kienet maħsuba li ssir f'Ġunju; madankollu l-organizzaturi tal-kompetizzjoni, PlasticsEurope u European Schoolnet, bħalissa qed jaħdmu biex jintegraw iċ-ċerimonja f'avveniment ikbar li se jseħħ fil-Parlament Ewropew f'Settembru 2007. Dan l-avveniment se jiffoka fuq tliet attivitajiet ewlenin:

  • It-tnedija ta' sensiela ta' għaxar dibattiti fil-parlament taż-żgħażagħ madwar l-Ewropa kollha fejn 150 student se jiddiskutu kwestjonijiet dwar l-iffrankar ta' enerġija fil-preżenza ta' MEPs u l-istampa. Id-dibattiti se jintemmu fil-bidu ta' l-2008 u “Karta ta' Kondotta dwar l-Enerġija” se tiġi żviluppata mir-rebbieħa tad-dibitattiti.
  • It-tnedija ta' studju ta' riċerka dwar l-isfidi futuri ta' l-enerġija u l-klima imħejji minn futuroloġista magħruf. Il-punt ewlieni ta' dan l-istudju se jkun l-enerġija u t-tibdil fil-klima fil-25 sena li ġejjin. L-istudju se jkun approvat minn Friends of the Earth.
  • It-tħabbira tal-kontinwazzjoni tal-programm għall-iskejjel “L-Enerġija hija l-Futur tagħna” għas-sena skolastika 2007/2008.

Iċ-ċerimonja għall-għoti tal-premjijiet għall-Kompetizzjoni L-Enerġija hija l-Futur tagħna se tkun ukoll opportunità għal komunikazzjoni u dibattitu fuq skala ħafna aktar wiesgħa dwar l-aġenda ta' l-Unjoni Ewropea dwar l-enerġija u l-kontribuzzjonijiet tagħha għal soluzzjonijiet dwar enerġija sostenibbli.

L-evalwazzjoni tas-sottomissjonijiet se ssir f'żewġ stadji. L-ewwel stadju se jwassal għal lista qasira ta' l-aqwa 100 sottomissjoni mill-erba' kategoriji, filwaqt li t-tieni stadju, immexxi minn ġurija ta' esperti, se jagħżel is-sottomissjonijiet rebbieħa skond tliet kriterji: rilevanza tas-suġġett, oriġinalità u impatt viżiv u komunikattiv.

Għal aktar mistoqsijiet dwar il-proġett, jekk jogħġbok ikkuntattja lil Petru Dumitru f'dan l-indirizz elettroniku: futurenergia@eun.org

Għal aktar informazzjoni dwar PlasticsEurope, jekk jogħġbok ikkuntattja lil Hanane Taidi f'dan l-indirizz elettroniku: hanane.taidi@plasticseurope.org