|
Il-websajt ta’ l-“Enerġija hija l-Futur tagħna” tnediet fit-13 ta’ Novembru 2006 minn European Schoolnet fi sħubija ma’ PlasticsEurope, l-assoċjazzjoni tal-manifatturi tal-plastiks. Il-websajt għandha l-għan li tqajjem għarfien fost studenti Ewropej bejn il-11 u t-18-il sena dwar kif il-konsum ta’ l-enerġija jaffettwa t-tibdil fil-klima, kif materjali avvanzati bħall-plastiks jistgħu jgħinu fl-iffrankar ta’ l-enerġija, u kif l-isfruttament ta’ sorsi ta’ enerġija alternattiva se jgħinu biex noħolqu futur sostenibbli. Permezz ta’ attivitajiet online u kompetizzjoni, l-istudenti jitgħallmu biex jaħdmu b’mod interattiv dwar kwestjonijiet bħall-konsum ta’ l-enerġija u l-iffrankar ta’ l-enerġija.
Dr. Feldman fetaħ id-diskussjoni billi ddeskriva lill-udjenza żagħżugħa tiegħu kif il-plastiks jintużaw primarjament biex jiffrankaw enerġija u riżorsi. Dwar it-tema ta’ “Innaqqsu l-konsum ta’ l-eneġija fil-bini: Kif jgħinu l-plastiks”, Dr. Feldmann iċċettja ma’ l-istudenti dwar ir-rwol li għandhom il-plastiks fit-tnaqqis tal-konsum ta’ enerġija u biex jgħinu l-ambjent. Dr. Feldmann qal lill-istudenti li “Fl-esperjenza tagħna, il-plastiks jintużaw primarjament biex jiffrankaw enerġija u riżorsi”. Meta kien mistoqsi dwar x’qed tagħmel l-industrija dwar il-kwestjoni ta’ l-iskart mill-plastiks, Dr. Feldmann spjega li “Flimkien ma’ PlasticsEurope, aħna qed ngħinu biex nedukaw lin-nies biex ma jarmux il-plastiks bl-addoċċ imma li jwarrbuhom għar-riċiklaġġ ta’ enerġija jew ta’ materjal. Ħaġa waħda hija ċerta: Saħansitra bħala skart, il-plastiks huma sors importanti ta’ materja prima”.
Minħabba l-piż ħafif tagħhom, il-plastiks jiffrankaw l-enerġija permezz il-ħafna użi tagħhom fit-trasport u l-ippakkjar u permezz ta’ l-użu tagħhom fil-bini u l-kostruzzjoni.
Paġni web relatati:
Rapport bir-ritratti: Chat dwar il-plastiks u r-rwol tagħhom fit-tnaqqis tal-konsum ta’ l-enerġija
Traskrizzjoni taċ-chat (pdf, 60 Kb)
Kont taf li l-bini bil-plastiks jiffranka l-enerġija u l-flus, u jħares l-ambjent?
Aktar dwar din iċ-chat
Pressemitteilung PlasticsEurope: Dr. John Feldmann chattete mit Schülern live (stqarrija għall-istampa bil-Ġermaniż, pdf, 30 Kb)
|