|
Edukazzjoni dwar l-enerġija: Ngħallmu lill-konsumaturi ta’ l-enerġija ta’ għada
Fuljett mill-Kummissjoni Ewropea li jispjega l-importanza ta’ l-effiċjenza ta’ l-enerġija u jagħti xi eżempji dwar kif is-suġġett ġie mgħallem fl-iskejjel madwar l-Ewropa. Il-fuljett huwa disponibbli f’format Acrobat (pdf) u huwa disponibbli f’20 lingwa: Cestina | Dansk | Deutsch | Ellinika | English | Español | Eesti keel | Suomi | Français | Magyar | Italiano | Lietuviu kalba | Latviesu valoda | Nederlands | Português | Polski | Slovencina | Slovenscina | Svenska
Il-pakkett tal-proġett edukattiv Platform (jew Podium f’xi pajjiżi)
PlasticsEurope tipprovdi fuljetti u attivitajiet għall-klassi għal studenti minn 14 sa 16-il sena dwar firxa wiesgħa ta’ suġġetti, inkluż kif il-plastiks jiffrankaw l-enerġija fl-użu ta’ kuljum. Disponibbli f’dawn il-lingwi: Ingliż, Ġermaniż, Franċiż, Taljan u Spanjol (Ikklikkja fuq "Edukazzjoni").
Ħjilijiet irħas u sempliċi
L-Energy Saving Trust tagħti 10 ħjilijiet sempliċi u rħas dwar kif tista’ ttejjeb l-effiċjenza ta’ l-enerġija fid-dar tiegħek, mill-użu ta’ bozoz li jiffrankaw l-enerġija għat-tifi tad-dawl meta titlaq minn xi kamra. Disponibbli bl-Ingliż.
Mistoqsijiet u tweġibiet dwar l-effiċjenza ta’ l-enerġija
L-Istitut Ambjentali ta’ Munich (Umweltinstitut München) ħejja mistoqsijiet u tweġibiet dwar it-tema ta’ l-effiċjenza ta’ l-enerġija, bħal kif wieħed jista’ jeżamina miżuri biex jitnaqqas il-bżonn ta’ l-enerġija għat-tisħin ta’ djar privati eż insulazzjoni aħjar. Disponibbli bil-Ġermaniż.
|