CZ | DA | DE | EL | EN | ES | ET | FI | FR | HU | IT | LT | LV | MT | NL | PL | PT | SK | SL | SV    
TAGĦRIF | ENERĠIJA | AĦBARIJIET | CHATS | ATTIVITÀ | KOMPETIZZJONI |
L-ewwel paġna » Enerġija » Benefiċċji tal-plastiks

Benefiċċji tal-plastiks


Dawn huma xi eżempji li juru kif materjali avvanzati bħall-plastiks jistgħu jgħinuna niffrankaw l-enerġija u se jgħinuna noħolqu futur sostenibbli.

Dinja eħfef bil-plastiks!

Il-plastiks jistgħu saħansitra jgħinuk tibża’ għall-enerġija tiegħek stess! L-ippakkjar fil-plastik ifisser xirja eħfef x’iġġorr sad-dar.

Dinja aktar kennija bil-plastiks!

Meta installata sew, l-insulazzjoni bil-plastik tista’ taqta’ t-telfien ta’ sħana jew kesħa mid-dar jew l-iskola b’70%, u b’hekk il-bini jkun aktar sħun jew frisk, aktar kenni u aktar effiċjenti fl-enerġija!

Aħtaf il-qawwa tar-riħ bil-plastiks!

Il-qawwa tar-riħ hija b’xejn imma kont taf li kien ikun impossibbli li naħtfu l-qawwa tar-riħ mingħajr il-plastiks? Plastiks speċjali jintużaw fl-għata tat-turbini tar-riħ u l-pali kbar biex jinqabad dan is-sors ta’ enerġija li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent!

Titjir itwal b’inqas fjuwil minħabba l-plastiks!

Kont taf li l-plastiks qed jintużaw għal aktar u aktar parts ta’ l-ajruplani? Il-kaxxi tal-ġwienaħ ta’ l-Airbus A380 jużaw komposti ta’ fajber tal-plastik, u dan inaqqas l-ajruplan b’1.5 tons. L-ajruplan jista’ jtir aktar fit-tul u jġorr aktar tagħbija bl-istess ammont ta’ fjuwil, din hija tassew effiċjenza fl-enerġija!

Karrozzi eħfef bil-plastiks!

Il-Plastik huwa materjal ideali għall-użu fil-manifattura tal-karrozzi. Karrozza moderna medja fiha madwar 11% ta’ komponenti tal-materjal tal-plastik. Dan ifissier inqas piż, inqas konsum ta’ fjuwil u għalhekk inqas emissjonijiet ta’ CO2.

Naqbu l-enerġija tax-xemx bil-plastiks!

Kont taf li kien ikun impossibbli naqbdu l-enerġija tax-xemx mingħajr il-plastiks? Il-pannelli solari huma magħmula mill-plastiks, u l-qawwa tax-xemx hija sors ta’ enerġija b’xejn u effiċjenti ħafna!

L-ippakkjar tal-plastik jiffranka l-fjuwil!

Kont taf li l-ammont ta’ fjuwil li jeħtieġ trakk tal-ġarr jista’ jitnaqqas b’mod konsiderevoli jekk it-tagħbija tuża kontenituri tal-plastik? Ovvju: piż ħafif ifisser konsum inqas ta’ fjuwil!

Itfi l-magna bil-plastiks!

L-użu tal-plastik biex tiġi sfruttata l-qawwa tar-riħ jista’ jnaqqas konsiderevolment il-konsum ta’ fjuwil ta’ vapur, u dan ifisser konsum inqas ta’ żejt u inqas emissjonjiet ta’ CO2!

Żomm il-frisk bil-plastiks!

Ir-refriġeraturi ta’ llumjużaw il-plastiks fis-sistemi tagħhom ta’ insulazzjoni biex ikun żgurat li l-ikel u x-xorb tiegħek jibqgħu aktar friski u aktar kesħin għal aktar tul ta’ ħin filwaqt li tintuża inqas enerġija!

Aktar dawl b’inqas enerġija!

Teknoloġija innovattiva u lenti bi plastik speċjali użati fil-LEDs ta’ llum ifissru li dawn juru d-doppju minn tipi konvenzjonali li jużaw l-istess ammont ta’ enerġija!

Dinja aħjar bil-plastiks!

Kont taf li aħna nużaw il-plastiks biex inżommu d-djar tagħna aktar sħan, il-karrozzi tagħna aktar ħfief u l-ikel tagħna aktar frisk? Il-plastiks jintużaw ukoll biex tinqabad l-enerġija tar-riħ u x-xemx u dawn huma riżorsi nodfa u effiċjenti!