CZ | DA | DE | EL | EN | ES | ET | FI | FR | HU | IT | LT | LV | MT | NL | PL | PT | SK | SL | SV    
TAGĦRIF | ENERĠIJA | AĦBARIJIET | CHATS | ATTIVITÀ | KOMPETIZZJONI |
L-ewwel paġna » Enerġija

Id-Dinja ta' l-Enerġija

Din is-sezzjoni toffri sett ta' links għal websajts oħrajn u aħbarijiet dwar l-enerġija kostantement aġġornati. Din l-informazzjoni tista' tgħin lill-għalliema jippjanaw u jimplimentaw lezzjonijiet dwar l-użu effiċjenti ta' l-enerġija, użu aħjar ta' materjali biex tiġi ffrankata l-enerġija, u soluzzjonijiet dwar enerġija rinnovabbli bħala l-qofol tad-dinja ta' għada. Barra minn hekk, din tista' tagħti lill-istudenti aktar informazzjoni ta' sfond dwar it-temi ewlenin tal-proġett: użu effiċjenti ta' l-enerġija, użu aħjar ta' materjali biex tiġi ffrankata l-enerġija, u enerġiji rinnovabbli.


Benefiċċji tal-plastiks
Dawn huma xi eżempji li juru kif materjali avvanzati bħall-plastiks jistgħu jgħinuna niffrankaw l-enerġija u se jgħinuna noħolqu futur sostenibbli. Kompli aqra

Gwida għat-tagħlim matul il-kurrikulu kollu dwar l-effiċjenza ta' l-enerġija, l-iffrankar ta' l-enerġija u soluzzjonijiet dwar enerġija rinnovabbli
Din il-gwida hija maħsuba biex tgħin lill-għalliema jintegraw il-proġett l-"Enerġija hija l-Futur tagħna" fil-kurrikulu. Hija mfassla biex taqdi l-ħtiġijiet tagħhom meta jkunu qed iħejju lill-klassijiet tagħhom biex jieħdu sehem fl-attivitajiet u l-kompetizzjoni tagħna. Kompli aqra

L-Enerġija fl-Imġiba
Dawn l-artikli juru kif l-imġiba tagħna taffettwa l-ammont ta' enerġija li nużaw, u jissuġġerixxu modi li bihom aħna nistgħu nbiddlu l-imġiba tagħna biex nużaw l-enerġija b'mod aktar sostenibbli. Kompli aqra