CZ | DA | DE | EL | EN | ES | ET | FI | FR | HU | IT | LT | LV | MT | NL | PL | PT | SK | SL | SV    
TAGĦRIF | ENERĠIJA | AĦBARIJIET | CHATS | ATTIVITÀ | KOMPETIZZJONI |
L-ewwel paġna » KOMPETIZZJONI » Linji Gwida tal-Kompetizzjoni

Linji Gwida tal-Kompetizzjoni


Il-kompetizzjoni tħeġġeġ lill-istudenti biex jesprimu l-opinjonijiet tagħhom dwar l-effiċjenza ta’ l-enerġija, l-iffrankar ta’ l-enerġija u/jew soluzzjonijiet dwar enerġija rinnovabbli billi jissottomettu parteċipazzjoni magħmula minn slogan, poster u test ta’ deskrizzjoni. Id-deskrizzjoni għandha tispjega l-messaġġ imwassal mill-poster u l-islogan tiegħu.


Il-parteċipazzjonijiet fil-kompetizzjoni jridu jkunu kontribuzzjonijiet individwali li jirriżultaw minn attività li tkun saret fil-klassi, li tista’ tiġi organizzata f’lezzjoni waħda jew aktar. Il-parteċipazzjonijiet jiġu aċċettati f’waħda minn dawn il-lingwi: Ingliż, Franċiż jew Ġermaniż.

Tema tal-parteċipazzjoni

L-istudenti jagħżlu u jiffokaw fuq waħda minn dawn it-temi:  

  • użu effiċjenti ta’ l-enerġija
  • użu aħjar ta’ materjali biex tiġi ffrankata l-enerġija
  • ideat għal soluzzjonijiet dwar enerġija rinnovabbli bħala qofol tad-dinja ta’ għada.

Format u daqs tal-parteċipazzjoni

Il-poster
L-istudenti jagħżlu l-aktar elementi viżivi xierqa biex jikkomponu l-poster. Il-format tal-poster jista’ jkun stampa, collage, tpinġija, grafika tal-kompjuter (CG) jew ritratt f’formatn .jpg jew .gif. Il-parteċipanti għandhom jużaw karta jew appoġġ għal xogħol ta’ l-arti simili għall-istampi, l-collages jew it-tpinġijiet sabiex dawn ikunu jistgħu jiġu kkonvertiti f’format elettroniku (.jpg or .gif), jew bl-użu ta’ skanner jew ta’ kamera tar-ritratti diġitali. Għal raġunijiet prattiċi (skennjar, format adattat għall-web u trasport bil-baħar) jiġu aċċettati żewġ qisien tal-poster: jew format A4 (21 ċm/29.7 ċm) jew format A3 (29.7 ċm/42 ċm). Id-daqs ta’ l-istampa diġitali sottomessa ma jridx jaqbeż 800 pixels b’600 pixels.

L-islogan
L-istudenti jagħżlu slogan adattat biex jesprimu l-metodu u l-ideat tagħhom fuq waħda mit-temi msemmija aktar ‘il fuq. Fi kliem ieħor, l-islogan huwa l-essenza tal-messaġġ imwassal mill-poster, u għalhekk irid ikun qasir u effettiv. L-islogan m’għandux jaqbeż 10-15-il kelma.

It-test ta’ deskrizzjoni
L-istudenti jridu jiktbu test sa massimu ta’ 200 kelma, u jiddeskrivu l-messaġġ imwassal mill-poster u l-islogan tagħhom.

Għażla u sottomissjoni ta’ parteċipazzjonijiet
L-għalliema huma mħeġġa jiddiskutu dak kollu li joħroġ mill-kompetizzjoni fl-aħħar tal-lezzjoni(jiet). L-istudenti jistgħu jkunu involuti fl-għażla ta’ l-aħjar parteċipazzjonijiet li għandhom jiġu sottomessi għall-kompetizzjoni. Formola ta’ sottomissjoni tippermetti li kwalunkwe parteċipant jirreġistra parteċipazzjoni fil-kompetizzjoni. Il-formola ta’ sottomissjoni tieħu l-islogan, il-poster u d-deskrizzjoni bħala parteċipazzjoni waħda.

Għaliex tieħu sehem f’kompetizzjoni?
Din il-kompetizzjoni tista’ tgħin lill-istudenti jiksbu ħiliet bażiċi bħal:

  • jitgħallmu jfittxu, jidentifikaw, jevalwaw, jiġbru u jiffurmaw informazzjoni marbuta ma’ kwestjonijiet dwar l-enerġija u jsibu modi kif inaqqsu l-konsum ta’ l-enerġija
  • isiru konxji tar-rwol u l-impatt ta’ l-enerġija fil-ħajja tagħhom
  • jitgħallmu jagħrfu d-differenza bejn fatti u opinjonijiet
  • jagħmlu traspożizzjoni ta’ ideat u kunċetti f’kompożizzjoni viżiva u test marbut magħha sabiex iwasslu messaġġ xieraq u oriġinali dwar kwestjonijiet ta’ enerġija
  • jipperswadu lil oħrajn jiffrankaw l-enerġija
  • ibiddlu l-imġiba tagħhom stess f’termini ta’ ffrankar ta’ enerġija
  • jiżviluppaw u jtejjbu l-ħiliet ta’ komunikazzjoni billi jipprattikkaw lingwa Ewropea oħra

Riżorsi online ta’ appoġġ, l-aktar artikli u links tal-Web huma ppubblikati fis-sezzjoni “Id-Dinja ta’ l-Enerġija”. Dawn ikopru suġġetti marbuta mat-tema tal-kompetizzjoni.