CZ | DA | DE | EL | EN | ES | ET | FI | FR | HU | IT | LT | LV | MT | NL | PL | PT | SK | SL | SV    
TAGĦRIF | ENERĠIJA | AĦBARIJIET | CHATS | ATTIVITÀ | KOMPETIZZJONI |
L-ewwel paġna » KOMPETIZZJONI » L-Enerġija hija l-futur tagħna: Kompetizzjoni għall-iskejjel

L-Enerġija hija l-futur tagħna: Kompetizzjoni għall-iskejjel


F’isem PlasticsEurope, European Schoolnet tistieden lill-istudenti ta’ bejn il-11 u t-18-il sena biex jieħdu sehem fil-kompetizzjoni ta’ poster u slogan “L-Enerġija hija l-futur tagħna”. Il-parteċipazzjonijiet għall-kompetizzjoni għandhom jirrappreżentaw l-opinjonijiet individwali ta’ l-istudent dwar l-iffrankar ta’ l-enerġija u soluzzjonijiet dwar enerġija rinnovabbli.

L-ewwel tliet rebbieħa ta’ kull kategorija, total ta’ 12, flimkien ma’ l-għalliema koordinaturi tagħhom, se jirbħu vjaġġ għal Brussell biex jattendu ċ-ċerimonja ta’ l-għoti ta’ premjijiet “L-Enerġija hija l-futur tagħna”.

Iċ-ċerimonja hija maħsuba li ssir fil-bidu ta’ Ġunju 2007. Ir-rebbieħ ta’ l-ewwel premju minn kull kategorija se jingħata MP3 player u backpack li juża l-enerġija tax-xemx, minbarra l-vjaġġ għal Brussell.