| L-Enerġija hija l-futur tagħna: Kompetizzjoni għall-iskejjel
|
F’isem PlasticsEurope, European Schoolnet tistieden lill-istudenti ta’ bejn il-11 u t-18-il sena biex jieħdu sehem fil-kompetizzjoni ta’ poster u slogan “L-Enerġija hija l-futur tagħna”. Il-parteċipazzjonijiet għall-kompetizzjoni għandhom jirrappreżentaw l-opinjonijiet individwali ta’ l-istudent dwar l-iffrankar ta’ l-enerġija u soluzzjonijiet dwar enerġija rinnovabbli. Kompli aqra |
|
|
| Linji Gwida tal-Kompetizzjoni |
Il-kompetizzjoni tħeġġeġ lill-istudenti biex jesprimu l-opinjonijiet tagħhom dwar l-effiċjenza ta’ l-enerġija, l-iffrankar ta’ l-enerġija u/jew soluzzjonijiet dwar enerġija rinnovabbli billi jissottomettu parteċipazzjoni magħmula minn slogan, poster u test ta’ deskrizzjoni. Id-deskrizzjoni għandha tispjega l-messaġġ imwassal mill-poster u l-islogan tiegħu. Kompli aqra |
|
|
| Regoli tal-Kompetizzjoni |
L-iskejjel u l-organizzazzjonijiet kollha inkarigati minn attivitajiet skolastiċi ekstra-kurrikulari jistgħu jħeġġu lill-istudenti tagħhom biex jissottomettu parteċipazzjonijiet fil-websajt tal-kompetizzjoni. Il-kompetizzjoni hija miftuħa għall-iskejjel fi Stati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea, Pajjiżi fil-proċess ta’ Adeżjoni, Pajjiżi Kandidati u Pajjiżi EFTA. Aħna nħeġġu lill-għalliema tax-xjenzi, lingwi, xjenzi soċjali, arti u ICT biex jintegraw il-kompetizzjoni fil-pjanijiet ta’ tagħlim tagħhom Kompli aqra |
|
|
|
|