CZ | DA | DE | EL | EN | ES | ET | FI | FR | HU | IT | LT | LV | MT | NL | PL | PT | SK | SL | SV    
TAGĦRIF | ENERĠIJA | AĦBARIJIET | CHATS | ATTIVITÀ | KOMPETIZZJONI |
L-ewwel paġna » CHATS » Il-Plastiks fil-Bini

Kont taf li l-bini bil-plastiks jiffranka enerġija u flus, u jħares l-ambjent?


Għalkemm forsi ma tindunax, il-plastiks huma materjal importanti ħafna fis-settur tal-bini. Fil-fatt, madwar 20% tal-plastiks kollha użati fl-Ewropa jintużaw għal prodotti fl-industrija tal-bini. U wara l-ippakkjar, l-industrija tal-bini hija t-tieni l-akbar fl-użu tal-plastiks!

Allura dan il-plastik kollu għalxiex jintuża? Pajpijiet tal-plastik għall-ġarr ta’ ilma jew drenaġġ, twieqi magħmula mill-plastiks li jiżguraw li s-sħana u l-frisk jibqgħu ġewwa u l-istorbju jibqa’ barra! Għata għall-art magħmul mill-plastik (bħalma forsi għandkom fil-kċina), fowm magħmul mill-plastik li jintuża għall-insulazzjoni tad-dar u fuq kollox, il-plastiks jintużaw ukoll f’ħafna apparati differenti – il-plastiks jintużaw saħansitra fil-pedamenti tad-dar u fiż-żebgħa!

Dak li jagħmel il-plastik materjal ideali għall-bini huwa l-fatt li huwa jista’ jkun b’saħħtu, jiflaħ għat-temp, jiflaħ għas-sħana u flessibbli. Il-plastiks huma wkoll ħfief fil-piż u jeħtieġu ftit manutenzjoni (ma jissaddux u ma jitmermrux). Dan jagħmilhom ideali għall-industrija tal-kostruzzjoni. Hemm ukoll ‘il fuq minn 50 familja differenti ta’ plastiks u kull waħda għandha xi ħaġa differenti x’toffri lill-industrija tal-bini.

Għaliex il-plastik huwa daqshekk importanti? Fid-dinja ta’ llum, l-effiċjenza fl-enerġija hija essenzjali ħafna. Fil-fatt, minbarra t-trasport, is-settur ta’ l-akkomodazzjoni huwa t-tieni l-akbar konsumatur ta’ enerġija. Il-plastiks huma tajbin ħafna għall-insulazzjoni u għall-issiġillar u dan jgħin ħafna fit-titjib ta’ l-effiċjenza fl-enerġija u fit-tnaqqis ta’ emissjonijiet ta’ C02.