|
Chat, chatroom, moderatur u nickname
“Chatroom” hija spazju elettroniku, tipikament xi websajt. Chatroom tista’ tidħol fiha b’kompjuter imqabbad ma’ Internet. Chatrooms normalment jiffokaw fuq suġġetti speċifiċi.
Il-“moderatur” huwa l-persuna responsabbli miċ-chat. Hija jew huwa jrid jara li l-parteċipanti jsegwu r-regoli taċ-chat, u l-moderatur jista’ jwaqqaf lil dawk li ma jsegwuhomx.
“Nickname” jieħu post l-isem propju tal-persuna u jintuża waqt iċ-chat. Għal raġunijiet ta’ sigurtà huwa rakkomandat bis-sħiħ li persuna tuża nickname – mhux l-isem propju – kull meta din tipparteċipa f’chat online.
Kif tieħu sehem f’sessjoni ta’ chat
Xi pariri għall-għalliema
- Irreġistra għas-sessjoni taċ-chat (billi tipprovdi xi informazzjoni bażika). Ir-reġistrazzjoni tkun disponibbli hekk kif titħabbar l-attività taċ-chat.
- Qabel ma tieħu sehem f’chat, jekk jogħġbok ara r-riżorsi relatati mas-suġġett sabiex tħejji lill-istudenti tiegħek għad-diskussjoni online; dan jiżgura l-valur pedagoġiku taċ-chat.
- Issinkronizza l-ħin tiegħek mal-ħin taċ-chat.
- Iftaħ il-browser tiegħek (Internet Explorer, Firefox, Netscape, jew Opera).
- Mur fil-websajt fejn tħabbret iċ-chat u kklikkja fuq il-link ipprovduta.
- Ittajpja l-username tiegħek (nickname) u l-password relatata miegħu biex tidħol fiċ-chatroom.
- Qabel tittajpja l-mistoqsijiet tiegħek, huwa rakkomandat li inti tosserva d-diskussjoni għal ftit tal-ħin biex tara l-andament ġenerali tad-djalogu.
- Il-mistoqsijiet ta’ klassijiet parteċipanti oħra jistgħu jinteressaw lill-klassi tiegħek ukoll, għalhekk ħeġġeġ lill-istudenti tiegħek biex josservaw id-djalogu kollu taċ-chat u mhux biss it-tweġibiet għall-mistoqsijiet tagħhom.
- Fakkar lill-istudenti mexxejja tiegħek biex ikunu ħfief, eżatti u jittajpjaw sentenzi qosra.
- Biex tkun midħla ta’ applikazzjoni ta’ chat, tiġi organizzata minn qabel sessjoni ta’ test.
Xi pariri għall-istudenti
- Ħejju l-mistoqsijiet tagħkom minn qabel.
- Ftakru li l-lingwa tagħkom tista’ ma tkunx il-lingwa taċ-chat. Jekk il-lingwa taċ-chat tkun il-lingwa tagħkom, użaw kliem sempliċi u sentenzi qosra; għall-oħrajn tista’ ma tkunx il-lingwa nattiva u għandhom mnejn ikollhom bżonn jużaw dizzjunarju waqt iċ-chat.
- Matul is-sessjoni, ma tarawx l-uċuh ta’ sħabkom. Biex il-komunikazzjoni tagħkom tkun aktar espressiva użaw l-emoticons – espressjonijiet tal-wiċċ bħal tbissima [:-] jew sorpriża [= o], marbuta ma’ grupp ta’ buttuni tal-kibord.
- Qatt m’għandkom tagħtu informazzjoni privata f’chat: passwords, dettalji tal-credit card, liċenzja tas-sewqan, numri, indirizz tad-dar eċċ.
Għal kwalunkwe mistoqsijiet oħra li jista’ jkollkom, jekk jogħġobkom ibagħtu email lil Petru Dumitru futurenergia@eun.org
Petru Dumitru
|