|
Il-klassijiet parteċipanti jħejju għaċ-chat billi jaraw sew ir-riżorsi online marbuta mas-suġġett taċ-chat u pprovduti fuq il-websajt ta’ “L-Enerġija hija l-Futur Tagħna”. Il-klassijiet imbagħad jiddiskutu s-suġġett taċ-chat u jiddeċiedu minn qabel il-mistoqsijiet li jkunu jixtiequ jagħmlu matul is-sessjoni taċ-chat.
Huwa rrakkomandat li l-klassijiet jinqasmu f’żewġ jew tliet gruppi żgħar matul is-sessjoni taċ-chat. Kull grupp għandu jkollu mexxej, li jittajpja l-mistoqsijiet tagħhom. Il-mexxejja tal-grupp għandu jkollhom għarfien tajjeb tal-lingwa taċ-chat u jkunu kapaċi jittajpjaw malajr u b’mod akkurat. Il-membri l-oħra tal-grupp huma mħeġġa li josservaw id-djalogu online. Is-sehem f’sessjoni ta’ chat huwa ristrett għal numru żgħir ta’ skejjel, minħabba li jkun hemm mistieden wieħed biss biex iwieġeb għall-mistoqsijiet kollha. L-għodda taċ-chat li nipprovdu hija teknikament stabbli u sigura għall-użu minn żgħażagħ taħt is-superviżjoni ta’ għalliem.
Petru Dumitru
|