|
Età: 12-19 Tema taċ-chat: Enerġija futura: Kif niżguraw enerġija wara li jintużaw ir-riżorsi? Data: 27 ta’ Marzu 2007 Ħin: 11.00 CET Mistieden: Antonio Gomis, Direttur tad-Diviżjoni tal-Kimiki, Repsol YPF Lingwa: Ingliż
Riżorsi għall-għalliema u l-istudenti
Enerġija futura: Kif niżguraw l-enerġija wara li jintużaw ir-riżorsi Iż-żejt huwa riżorsa prezzjuża li mingħajrha l-ħajja moderna, kif nafuha, ma tkunx possibbli. Għalxiex jintuża l-aktar iż-żejt? Enerġija! Iż-żejt huwa wieħed mis-sorsi globali ewlenin ta’ enerġija, u jintuża kemm bħala fjuwil u biex jiġġenera l-elettriku. Bħalissa kważi 40% tal-provvista ta’ enerġija ta’ l-UE ġejja miż-żejt.
Ir-rwol tal-“Bioplastics” fil-konservazzjoni ta’ riżorsi ta’ fjuwils li ġejjin mill-fossili Bir-riżorsi tad-dinja ta’ fjuwils ġejjin mill-fossili li dejjem aktar qed jiskarsaw, illum ġie aċċettat li jridu jinstabu modi biex jiġu kkonservati ir-riżorsi li fadlilna. L-effiċjenza fl-enerġija hija probabbilment l-aktar miżura importanti li nistgħu nieħdu f’dan ir-rigward.
L-ogħla eżekuttivi ta’ ExxonMobil dwar il-politika tat-tibdil fil-klima Ken Cohen, viċi-president għall-affarijiet pubbliċi u Sherri Stuewer, viċi-president għas-sigurtà, is-saħħa u l-ambjent jispjegaw il-pożizzjoni ta’ Exxon dwar it-tibdil tal-klima u jagħtu l-prinċipji bażiċi għal politika futura ta’ l-Istati Uniti biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett serra. ExxonMobil huwa wieħed minn aktar minn 60 kumpanija membru ta’ PlasticsEurope. PlasticsEurope tirrappreżenta il-manifatturi tal-plastiks fl-Ewropa. Inkomplu bl-Impenn tagħna lejn Enerġiji Rinnovabbli L-enerġija rinnovabbli, ma tagħmilx ħsara lill-ambjent, m’għandhiex limiti, tissupplementa l-fjuwils li ġejjin mill-fossili u hija mistennija li jkollha rwol ewlieni fis-snin li ġejjin. Total huwa impenjat li jiżviluppa bijomassa, enerġija solari fotovoltajka, u enerġija mir-riħ u l-ilma.
Vjaġġ lejn l-2030 Il-gvern Ġermaniż jagħtina ħarsa lejn kif aħna nistgħu nkunu qed nużaw l-enerġija fil-futur (pdf). Energyportal24 Dan huwa websajt dwar enerġiji rinnovabbli li jiffoka fuq it-teknoloġija ta’ l-idroġenu u ċ-ċelloli tal-fjuwil (bil-Ġermaniż).
|