CZ | DA | DE | EL | EN | ES | ET | FI | FR | HU | IT | LT | LV | MT | NL | PL | PT | SK | SL | SV    
TAGĦRIF | ENERĠIJA | AĦBARIJIET | CHATS | ATTIVITÀ | KOMPETIZZJONI |
L-ewwel paġna » CHATS » Nużaw aħjar l-enerġija: X'nistgħu nagħmlu?

Nużaw aħjar l-enerġija: X'nistgħu nagħmlu?


Il-konsum ta’ l-enerġija huwa wieħed mill-fatturi ewlenin li jinfluwenzaw it-tibdil fil-klima. Ħafna mill-enerġija li aħna nużaw ġejja mill-fjuwils li ġejjin mill-fossili, u dan ifisser li ta’ kull darba li nsaħħnu d-djar tagħna jew naraw it-televixin aħna nipproduċu emissjonijiet ta’ dijossidu tal-karbonju (CO2). Għalhekk kull wieħed u waħda minna jista’ jagħmel differenza pożittiva għall-klima billi jagħmel l-aktar użu effiċjenti ta’ l-enerġija possibbli fil-ħajja ta’ kuljum.

Hemm ħafna modi li bihom il-ħajja tagħna tista’ tkun aktar effiċjenti fl-enerġija, jew billi nbiddlu l-imġiba tagħna biex niffrankaw l-enerġija jew billi nagħżlu prodotti effiċjenti fl-enerġija.

Materjali moderni bħall-plastiks jintużaw b’mod wiesa’ sabiex jagħmlu l-prodotti effiċjenti fl-enerġija u jiffrankaw l-emissjonijiet. Il-karrozzi ta’ llum jużaw plastiks b’saħħithom u ta’ piż ħafif biex jiżguraw li dawn jużaw inqas fjuwil u joħolqu inqas CO2. L-ippakkjar bil-plastiks ukoll għandu rwol ewlieni biex it-trasport ikun aktar effiċjenti fl-enerġija (pereżempju, fliexken tal-plastik huma ħafna eħfef minn fliexken tal-ħġieġ, u jeħtieġu ħafna inqas fjuwil biex jiġu ttrasportati).

Meta taħseb sew inti tinduna li hemm ħafna modi ċkejknin li bihom tista’ tbiddel l-imġiba tiegħek biex tiffranka l-enerġija. Dawn jinkludu t-tifi ta’ settijiet tat-televiżjoni u kompjuters meta ma jkunux qed jintużaw (dawn xorta jaħlu ħafna enerġija meta jkunu fuq standby), li timxi flok tuża l-karrozzi għal distanzi qosra, u li ma tiftaħx it-twieqi meta tkun qed issaħħan il-kamra (jekk tkun qed tħoss is-sħana, naqqas it-temperatura tal-kamra!).

Bini privat bħad-djar u l-iskejjel tagħna huwa wieħed mill-akbar sorsi ta’ emissjonijiet ta’ CO2. Passi sempliċi bħall-insulazzjoni ta’ xquq fil-ħitan bil-plastiks jew l-installazzjoni ta’ twieqi tal-PVC jistgħu jagħmlu differenza kbira fit-tnaqqis ta’ l-ammont ta’ enerġija li tintilef mill-bini.

Aħna lkoll għandna l-qawwa li nagħmlu impatt fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. Madankollu aħna għandna wkoll ir-responsabbiltà li naraw li ma naġixxux biss bħala individwi, imma li nippruvaw inbiddlu l-imġiba tagħna fil-komunitajiet aktar wiesgħa tagħna. Dan ifisser li nikkonvinċu lil ħbiebna, ġenituri u għalliema biex huma wkoll isiru aktar effiċjenti fl-enerġija. Jekk naġixxu flimkien nistgħu nħarsu ‘l quddiem lejn bidla pożittiva għall-futur.