|
Età: 12-19 Data: 23 ta’ Jannar 2007 Ħin: 14.00 CET Mistieden: Patrick Lambert Direttur, Aġenzija Eżekuttiva għall-Enerġija Intelliġenti (IEEA), Kummissjoni Ewropea Lingwi: Franċiż, Ingliż u Ġermaniż Riżorsi għall-għalliema u l-istudenti
Edukazzjoni dwar l-Enerġija: Ngħallmu lill-konsumaturi ta’ enerġija ta’ għada Dan il-brochure jintroduċi l-edukazzjoni dwar l-enerġija u jispjega r-rwol ta’ l-edukazzjoni biex inbiddlu l-imġiba tagħna. Huwa juri studji ta’ każijiet u inizjattivi ġodda. Dan il-brochure huwa f’format PDF. Ikklikkja hawnhekk għall-verżjonijiet b’19-il lingwa differenti.
Proġetti ta’ edukazzjoni dwar l-enerġija Din hija lista tal-proġetti li huma appoġġjati mill-programm “Enerġija Intelliġenti – Ewropa”. Proġett FEEDU Dan il-websajt jipprovdi għodod edukattivi dwar kwistjonijiet ta’ enerġija u mobbiltà, inklużi kartolini u kotba informattivi, proġetti ta’ fieri tax-xjenza, logħob u kotba ta’ attivitajiet.
Tagħlim attiv Dan il-proġett għandu l-għan li jnaqqas l-użu ta’ l-enerġija fil-bini ta’ l-iskejjel u fid-djar billi jgħallem lit-tfal dwar l-użu razzjonali ta’ l-enerġija, is-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, u t-trasport permezz ta’ attivitajiet prattiċi.
Rokna għat-Tfal ManagEnergy Dan il-websajt jiffoka fuq tliet oqsma tematiċi: l-iffrankar ta’ l-enerġija, l-enerġija rinnovabbli fl-Ewropa u t-trasport sostenibbli. Il-kontenut huwa ddisinjat biex jaqbel mal-ħtiġijiet u l-aspettattivi ta’ tfal bejn is-7 u l-15-il sena. Barra minn hekk, il-websajt fih ukoll sezzjoni ddedikata għall-għalliema.
|