|
Età: 14-19 Data: 30 ta’ Novembru 2006 Ħin: 14.00 CET Mistieden: Dr. Rudolf Stauber, Kap tad-Dipartiment għall-Istabbiltà Operazzjonali u l-Materjali fil-BMW AG, Ġermanja Lingwa: Ingliż
Riżorsi
Gwida għat-tipi differenti ta’ karrozzi li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent jew “ħodor” Din il-websajt tippubblika informazzjoni dwar karrozzi ħodor, vetturi li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent bħalma huma karrozzi elettriċi, karrozzi ibridi, karrozzi mħaddma mill-idroġenu u mill-enerġija solari. (Disponibbli bl-Ingliż)
Ħarsa lejn il-popolarità dejjem tikber tal-karrozzi li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent fil-Ġermanja Il-manifatturi tal-karrozzi qed jagħmlu sforzi biex jiżviluppaw alternattivi aktar nodfa u aktar irħas. Il-karrozzi li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent qed isiru popolari. (Disponibbli bl-Ingliż)
Artiklu li jħares lejn il-BMW Hydrogen 7 Dan huwa artiklu ppubblikat mill-BBC, li jiżviluppa argumenti favur u kontra l-karrozza BMW mħaddma bl-idroġenu, madwar il-mistoqsija “Sbuħija jew kruha?”. Din hija l-ewwel karrozza fid-dinja prodotta f’serje li hija mħaddma minn idroġenu li ma jipproduċi l-ebda emissjoni. (Disponibbli bl-Ingliż)
Il-manifatturi Ġappuniżi tal-karrozzi skoprew modi kif jagħmlu karrozzi li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent u li huma divertenti għas-sewwieq. Iż-żmien tal-karrozza ibrida fl-aħħar wasal ukoll. Il-manifatturi Ġappuniżi tal-karrozzi għaddew dawn l-aħħar għaxar snin jipproduċu karrozzi mħaddma minn kombinazzjoni ta’ elettriku u gażolina. (Disponibbli bl-Ingliż)
Artiklu relatat
Id-disinn tal-karrozzi: Iffrankar ta’ enerġija, għajnuna għall-klima
|