CZ | DA | DE | EL | EN | ES | ET | FI | FR | HU | IT | LT | LV | MT | NL | PL | PT | SK | SL | SV    
TAGĦRIF | ENERĠIJA | AĦBARIJIET | CHATS | ATTIVITÀ | KOMPETIZZJONI |
L-ewwel paġna » CHATS » Kif tikkalkula l-Carbon Imprint tiegħek

Kif tikkalkula l-Carbon Imprint tiegħek


Biex tifhem tassew il-newtralità tal-klima huwa neċessarju li jkollok idea tajba tal-carbon footprint tiegħek. Dan għandu jgħin biex jipprovdilek il-kuntest għal dak li qed nitkellmu dwaru fiċ-chat.

Bħala l-pass li jmiss inti tista’ tagħmel pjan għat-titjib personali, u billi tilgħab biċ-ċifri inti tista’ tagħmel l-emissjonijiet tiegħek ta’ CO2 aktar tanġibbli għalik u għall-oħrajn, bażikament billi tuża metafori (simpatiċi).

Imma għalissa, nixtiequ nitolbuk tikkalkula il-carbon footprint personali tiegħek matul l-2006. Biex tagħmel dan, hemm websajt tajjeb ħafna li tista’ tuża (inti tista’ tagħżel il-verżjoni Ingliża billi tikklikkja fuq il-bandiera tar-Renju Unit).

L-għodda tippermettilek li timla l-użu tiegħek ta’ enerġija u trasport u b’hekk tikkalkula l-emissjonijiet tiegħek ta’ CO2 (ovvjament tista’ tinjora l-parti ta’ l-għodda relatata man-negozju.) It-tnejn li huma jistgħu jeħtieġu xi valutazzjonijiet jekk inti, ngħidu aħna, taqsam dar mal-familja tiegħek jew ma’ ħbieb. Rigward titjiriet possibbli li inti għamilt, inti tista’ tagħmel kalkolu saħansitra aktar dettaljat fuq il-websajt Atmosfair.

U ovvjament li tikkumpensa dawk il-vjaġġi huwa mod biex tibda ttejjeb il-carbon footprint tiegħek.

Kif tikkalkula l-Footprint Ekoloġiku tiegħek

Mod ieħor kif tagħmel l-impatt ambjentali tiegħek aktar tanġibbli huwa billi tikkalkula l-footprint ekoloġiku tiegħek stess. Il-websajt www.myfootprint.org jipprovdilek għodda sempliċi u ħafifa biex tikkalkula bejn wieħed u ieħor il-footprint ekoloġiku tiegħek. Mela pprova iż-żewġ għodod u, jekk trid, tista’ tibgħat ir-riżultati tal-carbon imprint u tal-footprint ekoloġiku personali tiegħek b’email qabel iċ-chat lil: Julian v. Blücher. Jekk għandek xi mistoqsijiet, jekk jogħġbok ħossok liberu li tikteb lil Julian.

Il-prinċipju tan-newtralità tal-klima

It-tibdil fil-klima sar tanġibbli għal kulħadd. B’riżultat ta’ dan, f’dawn l-aħħar snin, l-istennija tal-pubbliku dwar attivitajiet volontarji għall-ħarsien tal-klima minn kumpaniji u individwi żdiedet bil-bosta.

Attivatajiet li huma newtrali għall-klima joffru lill-kumpaniji l-opportunità li jinkludu attivitajiet għall-ħarsien tal-klima fil-komunikazzjonijiet korporattivi tagħhom u li jqiegħdu lilhom infushom f’pożizzjoni ta’ parteċipanti innovattivi. Kumpaniji pijunieri minn bosta setturi diġa’ qed jużaw dan il-potenzjal u qed jimplimentaw attivitajiet newtrali għall-klima magħmula apposta għalihom minn 3C.

3C, il-konsulenza dwar it-tibdil fil-klima toffri numru ta’ servizzi inkluż l-iżvilupp ta’ kunċetti għal attivitajiet newtrali għall-klima, il-kalkolu ta’ emissjonijiet li għandhom jiġu newtralizzati jew assistenza fil-komunikazzjoni ta’ attivitajiet newtrali għall-klima.

L-idea bażika ta’ newtralità għall-klima hija sempliċi: Il-gassijiet b’effett serra għandhom impatt globali dannuż, u għall-ħarsien ta’ l-ambjent huwa irrilevanti minn fejn jinħolqu u fejn huma evitati. Għalhekk emissjonijiet inevitabbli ta’ gassijiet b’effett serra li huma prodotti f’post A – ngħidu aħna permezz tas-safar – jistgħu jiġu newtralizzati permezz ta’ attivitajiet għall-ħarsien tal-klima f’post B – ngħidu aħna billi jinbnew djar li huma effiċjenti fl-enerġija. Il-kumpaniji jistgħu jużaw l-attribut “newtrali għall-klima” per eżempju għal avvenimenti jew prodotti, imma wkoll fil-kuntest ta’ impenji volontarji lejn attivitajiet ta’ negozju newtrali għall-klima.

Tazza tad-Dinja newtrali għall-klima!

It-Tazza tad-Dinja ta’ din is-sena fil-Ġermanja ġiet organizzata biex tkun newtrali għall-klima. PlasticsEurope kien sapporter uffiċjali tal-Green Goal, il-programm li għamel lit-Tazza tad-Dinja newtrali għall-klima.

F’Mejju 2006 PlasticsEurope organizza avveniment biex jiċċelebra s-suċċess tal-Green Goal. 3C ikkalkulat l-emissjonijiet ta’ CO2 iġġenerati minn dan l-avveniment. IL-kalkolu kkunsidra l-arranġamenti għall-ivvjaġġar tal-mistiedna, inklużi titjiriet, vjaġġi bit-taxi u nies li waslu bil-karrozza. Flimkien mad-domanda ta’ enerġija għal-laqgħa ġew ikkalkulati l-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett serra ġġenerati minn dan l-avveniment. Dawn ġew ikkumpensati b’investiment inter alia fi proġett fis-Sebokeng Township fl-Afrika t’Isfel biex tiġi promossa l-produzzjoni ta’ enerġija nadifa minn gass tad-drenaġġ.