CZ | DA | DE | EL | EN | ES | ET | FI | FR | HU | IT | LT | LV | MT | NL | PL | PT | SK | SL | SV    
TAGĦRIF | ENERĠIJA | AĦBARIJIET | CHATS | ATTIVITÀ | KOMPETIZZJONI |
L-ewwel paġna » CHATS » Id-disinn tal-karrozzi: Iffrankar ta' enerġija, għajnuna għall-klima

Id-disinn tal-karrozzi: Iffrankar ta' enerġija, għajnuna għall-klima


Ħafna karrozzi għandhom bżonn ta' fjuwils ġejjin mill-fossili biex jipprovdu l-enerġija meħtieġa biex ikunu jistgħu jitħaddmu, u dan jipproduċi d-dijossidu tal-karbonju (CO2) gass importanti b'effett serra responsabbli għat-tibdil fil-klima!

Il-manifatturi u d-disinjaturi tal-karrozzi qegħdin dejjem jippruvaw inaqqsu l-impatt ambjentali tal-karrozzi. Mod wieħed kif dan jista’ jinkiseb huwa billi jsiru aktar effiċjenti fil-fjuwil, minħabba li inqas ma teħtieġ fjuwil, karrozza tipproduċi inqas CO2.

Ħafna manifatturi tal-karrozzi qed jippruvaw itejjbu l-prestazzjoni ambjentali tal-karrozzi tagħhom jew billi jiżviluppaw vetturi iżgħar u eħfef jew billi jimplimentaw teknoloġiji avvanzati fil-magna. Il-karrozzi jistgħu jsiru eħfef billi jintużaw materjali ħfief, ta’ prestazzjoni għolja u moderni kemm fil-bodi tal-karrozza kif ukoll fil-magna.

Materjali moderni bħall-plastiks jagħtu wkoll lid-disinjaturi tal-karrozzi l-libertà li joħolqu vetturi aktar aerodinamiċi u dan huwa mod ieħor kif jista’ jiġi ffrankat il-fjuwil.

Hemm varjetà ta’ modi oħra li bihom il-karrozzi jistgħu jtejjbu l-prestazzjoni ambjentali tagħhom. Eżempju wieħed huma l-vetturi ibridi, li jikkombinaw magna petrol tradizzjonali ma’ batterija ta’ l-elettriku. Il-manifattur Ġermaniż tal-karrozzi BMW żviluppa karrozza mħaddma minn ċelloli tal-fjuwil ta’ l-idroġenu, li ma jipproduċu l-ebda emissjoni.

Il-manifatturi bħal BMW jieħdu wkoll passi biex jagħmlu l-mod li bih huma jibnu l-karrozzi tagħhom ta’ l-inqas ħsara għall-ambjent possibbli. BMW għandha sett ta’ linji gwida ambjentali li jgħinu jiggwidaw l-imġiba ta’ l-impjegat f’oqsma bħall-konsum responsabbli ta’ enerġija.

Huwa minnu li aħna lkoll nistgħu nagħmlu sforzi biex innaqqsu l-impatt fuq il-klima tal-karrozzi tagħna stess. Dan jista’ jseħħ billi nagħmlu inqas vjaġġi mhux neċessarji, bħalma huma distanzi qosra sal-ħwienet u billi ma nħallux il-karrozza mixgħula meta nkunu weqfin. Huwa wkoll importanti li nippruvaw nużaw karrozza waħda għall-istess vjaġġ per eżempju billi nrikkbu ħbieb magħna għall-iskola. Mod ieħor kif niffrankaw l-enerġija huwa billi nippjanaw il-vjaġġ tagħna b’mod effettiv – fir-Renju Unit jinħlew kull sena 350,000 tunnellata ta’ fjuwil minn sewwieqa li jintilfu!

Artikli relatati

Chat 1: Awtomottiv, kif id-disinji tal-karrozzi futuri se jgħinu l-ħarsien ta’ l-ambjent

Aqra aktar dwar il-mistieden taċ-chat: Dr. Rudolf Stauber (Ingliż)