 |
|
Niktbu l-istorja tagħna dwar l-Enerġija: Linji Gwida dwar l-Attività
|
Kontribuzzjonijiet huma aċċettati f’waħda minn dawn il-lingwi li ġejjin: Ċek, Daniż, Olandiż, Ingliż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ungeriż, Irlandiż, Taljan, Latvjan, Litwan, Malti, Pollakk, Portugiż, Slovakk, Sloven, Spanjol, Svediż, Bulgaru, Rumen, Kroat, Tork u Maċedonjan.
|
|
Età: 11 - 18
Suġġetti skolastiċi: marbuta ma’ ħafna aspetti tal-kurrikulu (xjenzi, lingwi, xjenzi soċjali, arti, ICT)
Linji gwida
L-għalliema jistgħu jassistu u jgħinu lill-istudenti tagħhom jitħejjew għall-attività billi jsegwu dawn il-passi:
• Joħolqu diskussjonijiet ta’ tħejjija dwar l-użu ta’ materjali, inklużi l-plastiks, u kif l-għażla tal-materjali tista’ taffettwa l-iffrankar ta’ l-enerġija • Jidentifikaw eżempji ta’ effiċjenza ta’ l-enerġija u l-enerġija rinnovabbli fil-madwar: skola, familja, komunità lokali • Jimmaġinaw u jsibu eżempji oħra ta’ effiċjenza ta’ l-enerġija u enerġija rinnovabbli • Jaqraw kontribuzzjonijiet preċedenti ppubblikati fuq il-websajt biex jieħdu idea ta’ l-istorja kollha dwar l-enerġija • Iħejju l-komponiment/test miktuba (permezz ta’ word processor) u xogħol ta’ arti (stampa jew tpinġija f’format jpg jew gif) • Itellgħu kemm it-test u kemm l-istampa fuq il-websajt futurenergia.org (morru fil-formola ta’ sottomissjoni)
Valur pedagoġiku u soċjali
• Jinħoloq għarfien dwar ir-rwol u l-impatt ta’ l-enerġija fil-ħajja tagħna • Jiġu ispirati bidliet u influwenzati l-imġibiet ta’ l-istudenti f’termini ta’ ffrankar ta’ enerġija • L-istudenti jiġu mħeġġa biex jipperswadu lill-komunitajiet lokali u l-familji tagħhom biex jiffrankaw l-enerġija
Petru Dumitru
|
|
 |