CZ | DA | DE | EL | EN | ES | ET | FI | FR | HU | IT | LT | LV | MT | NL | PL | PT | SK | SL | SV    
TAGĦRIF | ENERĠIJA | AĦBARIJIET | CHATS | ATTIVITÀ | KOMPETIZZJONI |
L-ewwel paġna » ATTIVITÀ » Kif nistgħu niffrankaw l-enerġija?

Kif nistgħu niffrankaw l-enerġija?


L-iffrankar ta’ l-enerġija jfisser tnaqqis fl-ammont ta’ l-enerġija użata filwaqt li jintlaħaq l-istess riżultat finali. L-użu ta’ inqas enerġija fih ħafna benefiċċji – inti tista’ tiffranka l-flus u tgħin l-ambjent. Il-ħolqien ta’ l-enerġija jeħtieġ riżorsi naturali prezzjużi, ngħidu aħna l-faħam, iż-żejt jew il-gass. Għalhekk, l-użu ta’ inqas enerġija jgħinna nippreżervaw dawn ir-riżorsi u b’hekk iservuna aktar fil-futur.

Għaliex huwa importanti li niffrankaw l-enerġija? 
Jekk in-nies jużaw inqas enerġija, ikun hemm inqas pressjoni biex tiżdied il-provvista disponibbli ta’ enerġija, per eżempju billi jinbnew impjanti għall-enerġija ġodda, jew billi tiġi impurtata enerġija minn pajjiż differenti.
(SORS: Wikipedia http://en.wikipedia.org/wiki/Energy_conservation)

Xi jfisser “ċiklu tal-ħajja”? X’għandu x’jaqsam ma’ l-użu ta’ l-enerġija?
Kważi l-prodotti kollha fil-ħajja ta’ kuljum għandhom impatt f’termini ta’ enerġija, speċjalment meta tikkunsidra l-ħtiġijiet tagħhom ta’ enerġija matul iċ-ċiklu kollha tal-ħajja: produzzjoni, użu u tmiem tal-ħajja. F’ħafna każijiet il-fażi ta’ l-użu hija dominanti. Il-plastiks, per eżempju, huma wieħed mill-aktar materjali disponibbli effiċjenti f’dak li għandu x’jaqsam ma’ riżorsi. Fil-fażi ta’ l-użu tagħhom, il-prodotti tal-plastik jgħinu jiffrankaw aktar enerġija milli meħtieġa għall-produzzjoni tagħhom: Per eżempju, meta inti tagħżel flixkun ta’ l-ilma ppakkjat f’materjal ħafif bħall-plastik, ftakar li aktar ma l-ippakkjar ikun ħafif inqas hemm bżonn ta’ enerġija għat-trasport tiegħu. Għalhekk, ikun intuża inqas fjuwil fit-trakk li qassam dawk il-fliexken tal-plastik.

X’nista’ nagħmel biex niffranka l-enerġija? 
Hemm ħafna sorsi fuq il-web li jagħtuk ideat ta’ x’tista’ tagħmel biex tiffranka l-enerġija. Hawn għandek xi ftit ideat biex tkun tista’ tibda:

  • Biddel l-imġiba tiegħek fl-ivjaġġar, aħseb aktar f’termini ta’ trasport pubbliku, jekk possibbli, imxi jew irkeb ir-rota flok taqbad karrozza
  • Naqqas is-sħana tad-dar tiegħek b’1oC, żomm it-twieqi magħluqin sakemm tkun qed issaħħan, ilbes aktar sħun
  • Agħżel prodotti li jkunu f’ippakkjar ta’ piż ħafif
  • Itfi d-dawl u l-apparat domestiku meta ma tkunx qed tużah, uża bozoz tad-dawl li jiffrankaw l-enerġija
  • Erġa’ uża il-basktijiet tal-plastik għax-xiri u l-irfigħ
  • Uża microwave flok cooker biex isaħħan l-ikel mill-ġdid
  • Uża batteriji li tista’ terġa’ tiċċarġjahom flok batteriji li jintremew

X’effett għandhom il-materjali fuq l-ambjent? 
Fil-ħajja tagħna ta’ kuljum, aħna norbtu fuq ħafna materjali. Injam, metall, ħġieġ u plastiks kollha għandhom konsegwenzi ambjentali. Aħseb dwar l-impatt ta’ kull prodott li tuża. Per eżempju, aktar ma oġġett ikun ħafif, inqas fjuwil ikun meħtieġ għat-trasport tiegħu. Bagalja tqila fil-but tal-karrozza se twassal biex il-karrozza tikkonsma aktar fjuwil matul il-vjaġġ tagħha. L-istess jgħodd għall-ippakkjar kollu tal-prodotti. Għalhekk, meta tixtri ikel li jkun ippakkjat f’materjali ta’ piż ħafif tkun qed tgħin lill-ambjent.

Test ipprovdut minn Blueprint Partners